Direzzjoni Strateġika

Strateġiji Ewlenin u Riżultati

L-istrateġiji ewlenin tal-Akkademja jistabbilixxu l-mod li bih se tibni fuq il-kapaċitajiet eżistenti tagħha u taqsam l-għarfien li tiżviluppa mar-riżorsi interni tagħha u l-partijiet interessati. Kull strateġija hija espressa bħala serje ta’ impenji.

L-impenji u r-riżultati strateġiċi ewlenin tal-Akkademja jikkonċernaw:

Strateġiji Abilitanti u Servizzi ta’ Appoġġ

Il-persunal u l-istudenti tal-Akkademja jeħtieġu faċilitajiet moderni sabiex jistabbilixxu l-istandards għal xogħolhom. Jeħtieġ investiment kapitali sinifikanti sabiex jingħata l-appoġġ lill-komunitajiet tat-tagħlim permezz ta’ żoni xierqa tat-tagħlim, grawnds għat-taħriġ, libreriji, swali, kmamar għas-seminars, sistemi tal-IT u kampus tal-ogħla livell.

Sabiex jiġi żgurat li l-faċilitajiet li l-Akkademja se tiżviluppa jiġu miżmuma u ssirilhom manutenzjoni b’mod responsabbli fil-futur, jeħtieġ pjan strateġiku fit-tul, ibbażat fuq il-ġestjoni koerenti tal-funzjonijiet li ġejjin: