Assigurazzjoni tal-Kwalità

L-Akkademja se tiprepara ruħha biex tiġi awditjata perjodikament sabiex tilħaq l-istandards stipulati u l-linji gwida tal-Qafas Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità, li jeħtieġ żewġ mekkaniżmi:

1. Proċess Intern ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità

2. Awditjar Estern tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità

L-Akkademja qed tfittex li tikseb liċenzja sabiex tagħti premji, ċertifikati, diplomi, u lawrji bħala fornitur ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla. L-intenzjoni tal-Akkademja hi li tapplika l-ekwivalenza tal-kwalifiki ma’ programmi vokazzjonali rikonoxxuti nazzjonali u internazzjonali b’konformità mal-Qafas Malti tal-Kwalità minn Livell 1 ta Livell 8 fejn it-taħriġ prattiku għandu rwol importanti. L-Akkademja għandha l-intenzjoni li tipproduċi studenti bi kwalifiki li huma rikonoxxuti mis-settur tal-edukazzjoni u mill-impjegaturi.