Finanzi
Matul l-istadji bikrija tal-bidu tagħha, l-Akkademja qed tirċievi appoġġ mir-riżorsi finanzjarji tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
L-Akkademja se tiffinalizza t-tranżizzjoni lejn sistema indipendenti ta’ ġestjoni finanzjarja. L-għan hu li topera bħala entità indipendenti, awtonoma kif preskritt fil-liġi, b’allokazzjoni ta’ baġit u sistema ta’ ġestjoni finanzarja għaliha.
Kondiviżjoni tal-infrastruttura: L-Akkademja se jkollha allokazzjonijiet baġitarji indipendenti, iżda se tibqa’ tagħmel użu mis-sistemi finanzjarji mogħtija mill-gvern b’rabta mal-użu tas-sistema tal-kontabilità u s-software tas-salarji.
Trasparenza u akkontabilità: L-Akkademja stabbiliet politika ta’ awtonomija b’akkontabilità sħiħa għall-azzjonijiet u l-operazzjonijiet tagħha stess, inklużi l-attivitajiet kollha marbuta mal-kontabilità, ix-xiri, is-salarji, l-operazzjonijiet, l-akkwist u l-ġestjoni finanzjarja ġenerali. Għal dan il-għan, ġie stabbilit rapportar bis-sħiħ dwar l-attivitajiet kollha.
Kontijiet tal-ġestjoni: It-taqsima tal-finanzi hija responsabbli għall-ħruġ ta’ kontijiet tal-ġestjoni kull xahar bid-dettalji kollha tad-dħul u l-ispejjeż, karti bilanċjali, listi tal-assi, listi ta’ kredituri u debituri, fluss tal-flus u rapporti tal-kontroll baġitarju.
Baġitjar għal 2018 u ‘l quddiem: L-eżerċizzju baġitarju fl-ewwel sena se jipprepara għaż-żieda fil-funzjonalità operazzjonali fis-snin sussegwenti. Il-baġits għall-Akkademja jridu jiżdiedu sostanzjalment hekk kif l-organizzazzjoni timxi lejn sistemi awtonomi ta’ kontabilità u aktar attivitajiet edukattivi.