Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv

Il-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv huwa mmexxi mill-Kmandant u jikkonsisti mit-tim tal-ogħla maniġment tal-Akkademja fil-livell tar-Reġistratur, id-Direttur tal-Istudji, il-Kap tal-Amministrazzjoni u livelli ekwivalenti.

Ir-rwoli tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-Akkademja huma li:

  • ​​Jipprepara u jippreżenta lill-bord il-pjan ta’ żvilupp tal-Akkademja;
  • Jiżgura djalogu u komunikazzjoni xierqa fi ħdan l-Akkademja;

  • Jiżgura li l-politiki, l-istrateġiji u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord u mill-Kumitat Akkademiku jiġu implimentati;

  • Jiżgura l-koordinazzjoni u l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-istrutturi, l-uffiċjali tad-dipartimenti u l-impjegati tal-Akkademja;

  • Jiżgura li l-miżuri kollha meħtieġa jiġu applikati, inklużi l-proċeduri ta’ dixxiplina u l-proċessi ta’ awditjar u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet kollha fi ħdan l-Akkademja;

  • Jagħmel kwalunkwe funzjoni oħra li tista’ tkun assenjata lilu mill-Bord tal-Akkademja.