Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit elettroniku uffiċjali tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta u ġiet aġġornata l-aħħar f’Diċembru 2020.


Status ta’ konformità

L-MHSE hija impenjata li tagħmel is-servizzi online tagħha aċċessibbli għal kulħadd. Għandna bażi ta’ utenti nazzjonali u globali u ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħna b’fokus fuq ir-rekwiżiti kontra d-diskriminazzjoni tal-Att Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabbiltà) tal-2000 (EOA).


Proċess ta’ Konformità

Is-sit elettroniku tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta hija mfassla biex taħdem mal-Internet Explorer 11 (bl-użu tal-aħħar verżjoni ta’ Silverlight) u l-aktar żewġ verżjonijiet riċenti tal-browsers Firefox u Chrome.

Bħala parti minn dan l-isforz, l-MHSE taderixxi mal-istandard tal-aċċessibbiltà EN310549 u l-linji gwida WCAG2.0. Ir-riżorsi u l-prodotti online tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll b’mod programmatiku għall-konformità mal-linji gwida WCAG 2.0 Livell AA. Is-sit elettroniku tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati Malta b’mod partikolari huwa mfassal biex jaħdem tajjeb u jkun aċċessibbli meta jkun aċċessata bi prodotti ta’ hardware u software aġġornati b’mod xieraq.

Filwaqt li tirrikonoxxi wkoll li l-aderenza mal-istandards u l-linji gwida, ma tistax waħedha tiżgura li prodott ikun aċċessibbli, l-MHSE twettaq ukoll evalwazzjonijiet tal-użabbiltà b’kollaborazzjoni ma’ persuni b’diżabbiltà, sabiex tiġbor ir-rispons meħtieġ. Taħdem ukoll biex timplimenta l-aċċessibbiltà għal kanali ta’ informazzjoni li huma pprovduti permezz ta’ pjattaformi ta’ partijiet terzi kull fejn ikun possibbli.


Miżuri ta’ Aċċessibbiltà

Is-sit elettroniku tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati Malta ma jagħmilx użu minn widgets ta’ font, ingrandiment u modifika tal-kulur. Dan għaliex nemmnu li din il-funzjonalità hija diġà integrata fil-biċċa l-kbira tal-web browsers jew hija disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins dierenti li utenti dierenti huma ħielsa li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, dawn il personalizzazzjonijiet arbitrarji tal-utent huma disponibbli għall-biċċa l-kbira tas-siti elettroniċi, mhux biss għal dak tal-Ministeru. Sabiex nippermettu għal dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibbiltà ma’ dawn il-modifiki tal-utent.

Bħala parti minn u minbarra l-linji gwida msemmija hawn fuq, is-sit elettroniku tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati Malta jimplimenta l-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà li ġejjin:

1. Iżomm ġerarkija ta’ Intestatura HTML konsistenti u tqassim ta’ informazzjoni fuq paġni tal-web dierenti.

2. Jorganizza l-kontenut ta’ informazzjoni f’listi HTML kull fejn applikabbli.

3. Jara li t-tqegħid ta’ skript jenfasizza l-fokus tal-link sabiex jipprovdi indikazzjonijiet viżwali għal utenti esklussivi tat-tastiera.

4. Jara li t-titlu tal-immaġni, alt tag u l-caption kull fejn hemm din l-informazzjoni tkun rilevanti u utli.

5. Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli.

6. Jara li t-test tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn jindika l-link.

7. Jimplimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f’tabs ġodda tal-browser.

Kontenut inaċċessibbli

L-MHSE mhuwiex konxju ta’ kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà fuq is-sit elettroniku tiegħu. Jekk tidentifika tali kontenut, ġentilment nitolbuk tinfurmana permezz tad-dettalji ta’ kuntatt provduti hawn taħt. Jekk jinqala’ każ bħal dan, l-għan tal-MHSE huwa li joħloq Pjan Direzzjonali ta’ Rimedju għall-Aċċessibbiltà (ARR). L-ARR jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwistjoni ta’ aċċessibbiltà u jġib il-prodott f’konformità mal-EOA, inkluża l-iskeda antiċipata għat-tlestija ta’ dan il-għan. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment nitolbuk tinfurmana permezz tad-dettalji ta’ kuntatt provduti hawn taħt.

Feedback u Dettalji ta’ Kuntatt

Inevitabbilment, mhux dejjem se nġibuha żewġ, iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, iktar ikun hemm ċans li jinħolqu xi problemi, iżda nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess fil-pront. U hawnhekk fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek: jekk tesperjenza xi diffikultajiet biex taċċessa s-sit elettroniku tagħna, jew ikollok problemi biex tuża xi aspett tas-sit elettroniku, nixtiequ li tinfurmana.

Tista’ tikkuntattja lill-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta hawn:

Ibagħtilna email fuq academy@gov.mt

 Proċedura ta’ Infurzar

L-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. F’każ li l-mistoqsija tiegħek relatata mal-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata fiż-żmien stabbilit fl-ARR jew jekk tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA fuq 21336840 jew billi timla l-formola tal-ilmenti online fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints.