Kumitat Akkademiku

Il-Kumitat Akkademiku huwa magħmul minn 5 membri uffiċjali:

  • Direttur tal-Istudji bħala President tal-Kumitat Akkademiku

  • Membru mill-Persunal Akkademiku
  • Żewġ Membri mill-Bord
  • Membru maħtur mill-Ministru

Parteċipanti oħra: ir-Reġistratur, li hu marbut li jattendi l-laqgħat tal-Kumitat Akkademiku kif stipulat fl-Att dwar l-Akkademja; u s-Segretarju tal-Kumitat Akkademiku.

 

Il-Kumitat Akkademiku jiltaqa’ mill-inqas kull 4 ġimgħat u l-kworum għal-laqgħat għandu jkun ta’ 3 membri.

Il-Kumitat Akkademiku huwa responsabbli mid-direzzjoni ġenerali tal-provvediment ta’ programmi u korsijiet tal-Akkademja, u għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

 

  1. Jipproponi lill-Bord il-programmi u l-korsijiet li għandhom jingħataw mill-Akkademja, meta l-Bord iqis li hu neċessarju, wara li jikkummissjona valutazzjoni tal-bżonnijet tat-taħriġ u f’kull każ wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, fir-rigward tal-kurrikuli ta’ tali programmi u korsijiet;

  2. Jipproponi lil-Bord linji gwida fir-rigward tal-programmi u l-korsijet mogħtija mill-Akkademja, dokumentazzjoni u eżamijiet fl-Akkademja u li jistabbilixxi tali premji u unuri għal tali kandidati li jissodisfaw l-kundizzjonijiet applikabbli ladarba jlestu l-programmi jew korsijiet;

  3. Jivverifika li l-proċeduri ta’ valutazzjoni użati mill-Akkademja huma f’konformità mal-politiki akkademiċi approvati tal-Akkademja;

  4. Jistabbilixxi, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kwalunkwe regolament dwaru, il-kundizzjonijiet tad-dħul għal programmi u korsijiet fl-Akkademja;

  5. Jinnomina eżaminaturi Maltin jew barranin skont linji gwida u proċeduri stabbiliti minn qabel lill-Bord għall-approvazzjoni tiegħu;

  6. Jirrikonoxxi, fuq rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Att, tali kwalifiki, premji u unuri ta’ fornituri oħra tal-edukazzjoni bl-iskop ta’ aċċess għal programm jew kors fl-Akkademja;

  7. Jieħu ħsieb kwalunkwe kwistjoni oħra li tirreferi għall-edukazzjoni u t-taħriġ u li tista’ tinqala’ fl-amministrazzjoni tal-Akkademja.