Riżorsi Umani
Il-Kwalità tiġi min-nies, u l-persuni t-tajba joħolqu Akkademja li tinbena fuq strateġija komprensiva tal-edukazzjoni u t-taħriġ bl-appoġġ ta’ infrastruttura soda tas-servizz u mmexxija minn ġabra ta’ regoli u regolamenti.
L-organizzazzjoni hija regolata mill-Bord tal-Akkademja u mmexxija mill-Kmandant, li hu assistit mir-Reġistratur, id-Direttur tal-Istudji u l-Maniġer tar-Riżorsi Umani u l-Amministrazzjoni bħala l-eżekuttivi tal-ogħla livell.
Ir-rwoli eżekuttivi li ġejjin fi ħdan l-akkademja huma definiti mill-Att dwar l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati (2016), leġiżlazzjoni sussidjarja, deskrizzjonijiet uffiċjali tal-impjieg, proċeduri u politiki interni tal-operazzjoni.