Kampus
Infrastruttura tal-Bini
L-Akkademja se tistabbilixxi Pjan Regolatorju għall-Kampus u l-Estates għall-impronta ġeografika li tokkupa. Il-Pjan Regolatorju se jinkludi u jtejjeb:
- Żoni Interni għat-Tagħlim
- Żoni Esterni għat-Taħriġ
- Żoni għat-Tagħlim ibbażat fil-Klassi
- Żoni għat-Tagħlim ibbażat fuq il-Ħiliet
- Swali għall-Assemblea
- Żoni ta’ Studju u Żoni għal Librerija Elettronika
- Żoni għall-Amministrazzjoni
- ●Kumditajiet tal-Persunal
- Kumditajiet tal-Istudenti
- Faċilitajiet tal-Isport
- Sala tal-Ikel
- Akkomodazzjoni
- Spazji Ħodor u spazji rikreazzjonali
- Parkeġġ
- Rotot Loġistiċi
Infrastruttura għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni
L-Akkademja se tfittex li tinvesti f’teknoloġiji tal-informazzjoni li jtejbu l-kompetenzi tal-komunitajiet tat-tagħlim tagħha sabiex jikkollaboraw ma’ xulxin u mal-partijiet interessati tagħha, u li jappoġġjaw l-esperjenza tal-istudent.
L-Akkademja għandha ambjent ta’ sfida biex tipprovdi komunikazzjoni sikura u ta’ kwalità għolja minħabba n-natura tat-taħriġ li toffri. L-Akkademja se tilqa’ dawn l-isfidi, u tintroduċi networking ġdid fiżiku u mingħajr fili li jippermetti l-kapaċitajiet tal-komunikazzjoni f’wisa’ ta’ frekwenza ogħla u newtrali għall-apparat.
L-Akkademja se tkompli tagħmel użu mis-sinsla tas-servizzi tal-IT li toffri l-Aġenzija għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Malta (MITA) fir-rigward tal-web hosting, l-iżvilupp u l-manutenzjoni, il-komunikazzjonijiet u l-applikazzjonijiet tal-iskedar.
L-Akkademja għandha riżors kbir ta’ assi diġitali u opportunitajiet għall-iskambju tar-riżorsi ma’ fornituri oħra tal-edukazzjoni ffinanzjati mill-gvern. Permezz tas-sħubijiet u l-ftehim dwar is-servizz, l-Akkademja tista’ tipprovdi Infrastruttura robusta għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni.
L-Akkademja se tikkonsolida l-ftehim dwar is-servizz mal-Università ta’ Malta sabiex tagħmel użu mis-servizzi li ġejjin, soġġetti għall-ħlas:
- Servizzi ta’ Librerija Elettronika
- Sistema ta’ Immaniġġjar ta’ Informazzjoni dwar l-Istudent (SIMS)
- Ambjent ta’ Tagħlim Virtwali (VLE)