Metodi tat-Tagħlim
Programmi Doppji
L-Akkademja tfittex li tegħleb l-isfidi li jsibu l-programmi regolari ta’ taħriġ okkupazzjonali fejn ir-rabta bejn it-teorija u l-ħajja reali ma tkunx dejjem ċara. Fi ħdan l-Akkademja, din ir-rabta hija garantita permezz tan-natura doppja tal-programmi ta’ taħriġ ibbażati fl-iskola (fil-klassi) u bbażati fuq ix-xogħol.
Il-programmi huma mfassla biex imexxu l-istudenti b’mod alternat bejn taħriġ fl-akkademja u placements fuq il-post tax xogħol mal-Forzi Dixxiplinati rispettivi, li magħhom ikollhom it-tir li jingħaqdu. Kemm fl-Akkademja kif ukoll fil-Forzi Dixxiplinati, l-istudenti jaħdmu fuq l-assenjamenti li jkollhom sabiex iwettqu r-riżultati tat-tagħlim tagħhom u l-prova ta’ kompetenza. L-assenjamenti jkunu kompiti u sitwazzjonijiet li membri tal-Forzi spiss iħabbtu wiċċhom magħhom u li huma karatteristiċi għall-professjoni tagħhom.
Tagħlim ibbażat fuq il-Kompetenza
Is-sistema tat-taħriġ tal-Akkademja hija bbażata fuq il-kompetenza, biex tinkorpora l-prattika u l-kompetenzi li l-membri tal-Forzi Dixxiplinati jeħtieġu sabiex jagħmlu xogħolhom. Il-kompetenzi huma l-għarfien, il-ħiliet, l-imġiba u l-attitudnijiet meħtieġa fil-qadi ta’ rwoli u okkupazzjonijiet speċifiċi mal-Forzi Dixxiplinati. Il-kompetenzi meħtieġa huma elenkati fil-Istandards Okkupazzjonali (magħrufa wkoll bħala profili professjonali jew rendikonti tal-kapaċitajiet) għal kull okkupazzjoni, bħala pre-rekwiżit tal-linji gwida leġiżlattivi dwar it-taħriġ ibbażat fuq ix-xogħol.
Tagħlim ibbażat fuq il-Kuntest
- Jibda b’sitwazzjoni reali tax-xogħol li membri esperjenzati tal-Forzi Dixxiplinati jkunu qassmu mal-istruttur. L-istudenti jiksbu l-għarfien billi jaħdmu f’dik is-sitwazzjoni.
- Jinvolvi ħidma fi grupp żgħir fejn l-istudenti wkoll jieħdu rwoli differenti fil-grupp (il-mexxej, il-qarrej jew il-kittieb).
- Il-proċess jiffoka fuq l-istudenti b’emfasi fuq it-tagħlim awtodirett. L-istudenti jaħdmu fi grupp, kif ukoll weħidhom sabiex jidentifikaw u jirriċerkaw ideat, informazzjoni, u teoriji li jeħtieġ li jkunu jafu sabiex jaħdmu fil-Forzi Dixxiplinati.
- L-istruttur huwa gwida, u sieħeb f’kull kors.
- Jaraw li l-prattika hija bbażata fuq l-evidenza;
- ●Itejbu ħiliet speċifiċi;
- Isiru studenti indipendenti u jibqgħu jitgħallmu wara li jitilqu mill-programm;
- Jitgħallmu jaġixxu aħjar fi grupp u jikkomunikaw b’mod aktar effettiv;
- ●Jiżviluppaw ħiliet fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, is-soluzzjoni tal-problemi, u l-ħsieb kritiku sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet.
Ambjenti ta’ Tagħlim Imħallat
L-Akkademja għandha l-għan li toffri ambjenti ta’ tagħlim imħallat fil-programmi ta’ taħriġ. Din il-varjazzjoni fil-metodi tat-tagħlim, sew jekk online jew wiċċ imb wiċċ, tiffaċilita t-tagħlim individwali u fi grupp, indipendentement mill-post jew il-ħin. L-Akkademja qed tinvesti fi sħubijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi nazzjonali oħrajn sabiex toffri Ambjent ta’ Tagħlim Virtwali għal kull programm ta’ taħriġ bil-għan li tinkoraġġixxi l-istudju awtonomu, flimkien ma’ tagħlim permezz ta’ superviżjoni u interazzjoni intensivi.